Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka mhux se tikkompeti fl-Open ta’ Franza minħabba li weġġat

(Ritratt: EPA)

Naomi Osaka, r-rebbieħa tal-Open tal-Istati Uniti mhux se tikkompeti fl-Open ta’ Franza, hekk kif ħabbret li soffriet injury. Hija qalet li l-kompetizzjonijiet ta’ Istati Uniti u ta’ Franza ġew wisq viċin, u għalhekk m’għandiex biżżejjed żmien biex tirkupra fil-ħin.

Ftit ġimgħat ilu, in-numru wieħed tad-dinja Ashleigh Barty ħabbret li mhux se tieħu sehem fl-Open, minħabba r-restrizzjonijiet imposti fi Franza. Hi rebħet it-titlu tas-sena l-oħra.

Mill-kategorija tal-irġiel, l-għoxrin darba rebbieħ Roger Federer lanqas mhu ħa jikkompeti wara li soffra injury f’irkuptejh.

Ir-rebħa fl-Istati Uniti mmarkat it-tieni titlu fl-Open u t-tielet Grand Slam għall-Ġappuniża, fejn għelbet lil Victoria Azarenka 1-6 6-3 6-3.

Il-Ħamis li għadda, l-organiżżaturi ħabbru li naqqsu l-ammont ta’ spettaturi li jistaw jidħlu fil-grawnd, għall-5000 persuna, minħabba ż-żieda qawwija ta’ każijiet ġewwa Franza.

L-Open ta’ Franza huwa skedat li jibda fis-27 ta’ Settembru. Huwa kien skedat għall-24 ta’ Mejju, iżda ġie pospost minħabba l-pandemija.