Permezz ta’ post fuq Facebook, il-President tal-UPE Graham Sansone stqarr kif fil-Ministeru tal-Edukazzjoni mhux qed jittieħdu miżuri biżżejjed biex jiġi evitat it-tixrid tal-COVID-19
Huwa kompla jgħid kif waqt meeting li kellu fl-istess binja, ma kien hemm l-ebda persuna mal-bieb biex tiċċekja it-temperatura ta’ dawk li jkunu deħlin fil-binja dan filwaqt li ma ttiħdux id-dettalji kollha ta’ dawk li attendew għal din l-istess laqgħa.
Graham Sansone staqsa, “Jekk il-Ministru qed ikun tant negliġenti propju fil-binja tal-Ministeru, x’ser jiġri fl-iskejjel fejn ser jiltaqgħu mijiet kuljum?”