Sport Sport Ieħor

OKMalta.com u TOTAL fuq quddiem fl-ewwel diviżjoni tal-bowling

Hekk kif l-ewwel diviżjoni tal-Mapfre MSV Life National fit-Tenpin Bowling waslet fi tmiem l-ewwel rawnd, OkMalta.com u TOTAL komplew jiddominaw u t-tnejn irreġistraw rebħiet komdi ta’ 8-0 kontra l-Bank of Valletta u l-Blitzkrieg rispettivament, biex baqgħu ras imb ras fil-quċċata tal-klassifika.

OkMalta.com kienu f’forma mill-isbaħ, b’erba’ plejers kollha jaqbżu l-medja ta’ 200 punt, hekk kif Mauro Anastasi jispiċċa wkoll bħala l-aqwa bowler tal-ġimgħa b’serje ta’ 662. TOTAL ukoll taw prestazzjoni tajba b’Philip Gruppetta jitfa’ serje ta’ 658 biex jgħin lit-tim TOTAL jegħleb faċilment lit-tim ta’ Blitzkrieg, li jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika.

Turu’s Knights żammew it-tielet post tagħhom b’rebħa ta’ 8-0 kontra XS, għalkemm jibqgħu 16-il punt wara l-leaders. Il-Kaptan Peter Mallia kien l-ogħla għar-rebbieħa, b’serje tajba ta’ 649, b’Reuben Scerri jispiċċa l-ogħla għal XS b’medja ta’ 210.

Swisslion baqgħu fir-4 post iżda tilfu żewġ punti prezzjużi kontra Royal Shock, bl-ewwel logħba tmur għal Royal Shock. It-tieni logħba kienet waħda missielta li Swisslion rebħu bi 12-il pin biss prinċipalment minħabba logħba brillanti miż-żagħżugħ Kayden Laganà permezz ta’ 245 punt. Laganà spiċċa wkoll l-aħjar plejer għat-tim b’serje ta’ 637, b’Peter Sammut Briffa jkun l-ogħla b’574 għal Royal Shock.

Supersonic għelbu lil Strike Me Jabaal biex qabżuhom u telgħu fis-7 post, sitt punti quddiem Strike Me Jabaal li jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni. Kyle Camilleri kien l-ogħla b’621 għal Supersonic, filwaqt li Danial Swift kien l-aħjar għat-telliefa b’534.

Kif imsemmi, Anastasi kien l-aħjar plejer tal-ġimgħa, b’Sue Abela (Tim TOTAL)  tkun l-ogħla fost in-nisa.

Klassifika: 1.) OkMalta.com – 63, 2.) TOTAL – 63, 3.) Turu’s Knights – 47, 4.) Swisslion – 44, 5.) XS – 37, 6.) Royal Shock – 30, 7.) SuperSonic – 26, 8.) Bank of Valletta – 26, 9.) Strike Me Jabaal – 20, 10.) Blitzkrieg – 2