https://www.facebook.com/NETTVmalta/videos/727879801274282
Rihana u Katryna huma r-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2020 bil-kanzunetta ‘ Tfixkluniex tħawduniex ’.
Din il-kanzunetta kienet miktuba minn Emil Calleja Bayliss b’kompożizzjoni ta’ Kaya.
Din kienet il-ħames edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior li fih kienu premjati tmien kanzunetti.
Il-Premju tat-Televoting intrebaħ minn Rihanna-Marie Caruana bil-kanzunetta ‘Nixtieq’ bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Marco Debono.

Eve Tabone rebħet il-Kategorija tal-kantanti sa’ 11-il sena bil-kanzunetta ‘Stennew ftit’, kliem u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas u Emil Callejja Baylis. Fit-Tieni Post, ‘Żarbuna waħda’ ta’ Kayleen Mercieca , kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Marco Debono. Fit-Tielet Post , il-kanzunetta ‘M’hemmx Kliem’ ta’ Marija Djinovic bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.



Il-Kategorija l-oħra ntrebħet minn Rihana and Katryna bil-kanzuneta rebbieħa tal-konkors ‘Tfixkluniex tħawduniex’ bi kliem u mużika ta’ Kaya u Emil Calleja Bayliss . Fit-Tieni Post, ‘Nixtieq’ ta’ Rihanna Marie Caruana bi kliem u mużika ta’ Marco Debono u Rita Pace . Fit-Tielet Post, ‘Għażiż pittur’ kantanta minn Luana Schembri bi kliem u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas u Rita Pace .
Il-presentazzjonijiet lir-rebbieħa saru fil-presenza tac-Chairman tal-kumitat organizattiv tal-KKI Junior, Robert Cutajar.
Bi preżentazzjoni ta’ Mark Azzopardi u Emma Cutajar, matul is-serata li xxandret live fuq NET Television ħadu sehem 20 kantant u kantanta flimkien ma’ bosta talenti oħra mix-xena lokali.

Ritratti: Trevor Solaris
//= $special ?>