Sport Sport Ieħor

Soren Kragh Anderson jirbaħ id-19-il stadju tat-Tour De France

(Ritratt: EPA)

Soren Kragh Anderson rebaħ id-dsatax-il stadju tat-Tour De France, li timmarka t-tieni rebħa tiegħu f’din il-kompetizzjoni. Primoz Roglic żamm il-flokk l-isfar minkejja li ma spiċċax mall-ewwel għaxra.

Anderson, li jifforma parti mit-tim ta’ Sunweb, ta spinta tajba fl-aħħar 16-il kilometru biex żamm postu fuq quddiem.  Is-Sloven Luka Mezgec daħal warajh fit-tieni post, 53 sekonda wara d-Daniż, flimkien ma’ Jasper Stuyven mill-Belġju. Fir-raba’ post spiċċa Greg van Avermaet u warajh Oliver Naesen u Nikias Ardnt. Luke Rowe ħa s-seba’ post segwit minn Sam Bennett u Peter Sagan. L-għaxar post kien akkwistat minn Matteo Trentin.

Sam Bennett rebaħ il-konfront ma’ Peter Sagan u jidher li se jieħu l-flokk l-aħdar fl-istadju li jmiss. Roglic żamm l-ewwel post b’vantaġġ ta’ 57 sekonda fil-klassifika ġenerali, segwit minn Tadej Pogacar u Miguel Angel Lopez.