Fi stqarrija ffirmata minn Alex Perici Calascione, Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN kif ukoll Francis Zammit Dimech, Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista ġie spjegat li l-Kumitat Eżekuttiv waqt il-laqgħa tal-bieraħ filgħaxija imsejħa fuq talba tal-President tal-Kunsill Ġenerali approva unanimament it-talba li tissejjaħ il-Konvenzjoni Ġenerali tal-partit għal nhar is-Sibt 3 ta’ Ottubru fit-8.00 am b’din l-Agenda:
(i) Votazzjoni mit-tesserati fl-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit f’postijiet u ħinijiet tal-votazzjoni kif deċiż mill-Kummissjoni Elettorali;
(ii) Għadd tal-voti mill-Kummissjoni fid-Dar Ċentrali tal-Partit, Pietà.
(iii) Tħabbir tar-riżultat mill-President tal-Kunsill Ġenerali bħala President tal-Konvenzjoni.
//= $special ?>