Atletika Sport

Tabib akkużat fuq doping fid-demm tal-atleti

(Ritratt: EPA)

Fi Munich f’Qorti fil-Bavarja beda l-ġuri fil-konfront tat-tabib Mark Schmidt akkużat li kien il-moħħ wara użu fuq livell internazzjonali ta’ doping fid-demm ta’ atleti. 

Schmidt li għandu 42 sena nqabad jagħmel dan 16 il-xaħar ilu u fil-pront kien arrestat b’akkuża li uża 25 atleta fosthom 23 ċiklist minn tmien pajjizi. 

Skond l-Avukat Michael Lehner, it-tabib Schmidt għamel dan għal gwadan finanzjarju kbir. 

Jekk jinstab ħati huwa jista’ jeħel dan 10 snin ħabs skont il-Ligi Anti Doping li bdiet isseħħ fil-Germanja mill-2015. 

L-arrest ta’ Mark Schmidt kien parti minn operazzjoni magħrufa “Anderlass’ u li matulha saħansitra fil-Kampjonati tad-dinja tal-15 il-kilometru Cross Country skiing li saru f’Seefeld fl-Awstrija, sagħtejn qabel il-kompetizzjoni sfaw arrestati ħames atleti u żewġ persuni oħra. 

Huwa mifhum li Schmidt kien involut kemm fl-Olimpjadi tax-xitwa tal-2014 u 2018 kif wkoll fiċ-ċikliżmu fosthom il-Giro d’Italia, Tour de France u La Vuelta.