Lokali

Arrestat b’allegazzjoni serq minn banka tal-lottu

Raġel ta’ 40 sena residenti Ħal Qormi ġie arrestat u qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali b’allegazzjoni serq minn banka tal-lottu fi Triq San Edwardu, Ħal Qormi.

Il-każ seħħ fis-16 ta’ Settembru għall-ħabta tas-14.30pm meta il-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa minn banka tal-lottu.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li mpjegata tal-banka tal-lottu, waqt li kienet qiegħda ġewwa, daħal raġel jitlobha l-flus. Il-vittma, mara ta’ 31 sena minn Ħal Kirkop,
allegatament ġiet aggredita minn din persuna li kien fil-pusses ta’ arma bil-ponta u taqta’ u allegatament seraq ammont ta’ flus kontanti u sussegwentament ħarab minn fuq il-post.

Il-vittma fortunatament ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-Pulizija tad-Distrett u tar-Reati Maġġuri għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.