Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: It-tielet mewta f’temp ta’ ftit sigħat

Rekord ta' mwiet f'ġurnata waħda biss

Wara ż-żewġt imwiet imħabbra aktar kmieni llum, ftit tal-minuti ilu tħabbret it-tielet mewta kawża tal-coronavirus. B’hekk issa, it-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ dan il-virus, jitla’ għal 20.

Il-vittma huwa anzjan ta’ 85 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-12 ta’ Settembru meta ddaħħal l-Isptar Mater Dei. Huwa miet fl-Infectious Diseases Unit, fl-Isptar Mater Dei, illum. 

L-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.