Futbol Sport

Fiorentina jirbħu l-ewwel partita tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Artemio Franchi, Fiorentina għelbu lil Torino 1-0 fl-ewwel partita tal-istaġun il-ġdid tas-Serie A. Fil-bidu tal-partita, Fiorentina ddominaw il-pusses tal-ballun minkejja li ftit li xejn ħolqu periklu lejn il-lasti ta’ Sirigu.

Il-Viola setgħu iżda marru fil-vantaġġ mat-18 -il minuta logħob meta Kouame waħda fil-kaxxa naqas milli jinkwadra l-lasta b’daqqa ta’ ras. Torino kien mċaħħda mill-gowlkiper Dragowski meta salva fuq tentattiv ta’ Berenguer. Kouame għal darb’oħra kellu ċans jiftaħ l-iskor iżda din id-darba d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet salvata minn Sirigu.

Fit-tieni taqsima, it-tim imexxi minn Giuseppe Iachini baqa’ jagħfas għall-gowl u kien fit-78 minuta li għamlu dan permezz ta’ GAETANO CASTROVILLI wara li rċieva mingħand Chiesa biex ta rebħa minima lil Fiorentina fl-ewwel partita tal-istaġun.