Coronavirus Lokali Saħħa

AĠĠORNATA: Il-Ministeru tas-Saħħa iwieġeb biss wara l-istorja ta’ Net News

Aktar vittmi f'pajjiżna kaġun tal-Covid-19

Rapporti qed jindikaw li huma tal-inqas tnejn il-persuni li mietu bil-Coronavirus f’pajjiżna matul il-lejl li għadda. Każ minnhom ġie konfermat b’mod indipendenti minn Net News, kif ħabbarna matul il-lejl.

Kien biss wara rapport f’dan is-sit li l-Ministeru tas-Saħħa ħareġ stqarrija uffiċjali.

Normalment, il-Ministeru ta’ Chris Fearne joħroġ stqarrija ftit wara li tkun seħħet fatalità ta’ persuna li nstabet pożittiva għall-Covid-19. Din id-darba, jidher li l-imwiet huma aktar minn waħda – u l-Gvern qed jibqa’ fil-muta.

Il-ġimgħa li għaddiet – fit-28 ġimgħa tal-pandemija – pajjiżna ra żieda ta’ kważi 400 każ ġdid, illi kien ammont rekord.

Illum dħalna uffiċjalment fid-29 ġimgħa, u għal jum ieħor in-numri mistennija jkunu f’ammont konsiderevoli.