Futbol Sport

Il-kowċ Mark Gatt isejjaħ l-iskwadra finali għall-partita kontra d-Danimarka

Il-kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa Mark Gatt sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Euro 2022 kontra d-Danimarka li se tintlagħab fis-Centenary Stadium nhar it-Tlieta fis-6.30pm.

Gatt żamm numru ta’ plejers li kienu parti mill-iskwadra ta’ Marzu li għadda għall-partiti kontra l-Ġorġa u l-Bosnija. L-iskwadra tinkludi wkoll bosta plejers li jinsab jilgħabu barra minn xtutna, fejn Gatt għażel li jsejjaħ lil Hayley Bugeja, Nicole Sciberras, Emma Lipman, Rachel Cuschieri, Martina Borg, Maria Farrugia u Ylenia Carabott.

It-tim Malti għandu erba’ punti minn seba’ partiti fi Grupp B u wara l-partita kontra d-Danimarka, il-Maltin itemmu l-impenji tagħhom b’żewġ partiti away kontra l-Ġorġja u Israel.

L-iskwadra finali:

GOALKEEPERS

Janice Xuereb (Birkirkara); Jodie Attard (Raiders Għargħur).

Difensuri
Stephania Farrugia (Birkirkara); Emma Lipman (Lazio); Ann-Marie Said (Birkirkara); Nicole Sciberras (Juventus); Alishia Sultana (Birkirkara); Charlene Zammit (Swieqi).

Midfielders
Brenda Borg (Mġarr); Ylenia Carabott (RCSC Charleroi); Rachel Cuschieri (Lazio); Jade Flask (Swieqi); Veronique Mifsud (Birkirkara); Dorianne Theuma (Swieqi); Emma Xuereb (Swieqi); Gabriella Zahra (Birkirkara); Shona Zammit (Swieqi).

Attakkanti
Martina Borg (Sassari Torres); Haley Bugeja (Sassuolo); Maria Farrugia (Sunderland)