Kollox jinsab lest għall-konkors annwali tal-Indipendenza fejn din is-sena se jipparteċipaw għoxrin kanzunetta li għamluha għall-finali.
Fost il-parteċipanti tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza se jkun hemm 15-il kanzunetta interpretati minn solisti femminili, erbgħa minn solisti irgiel u kanzunetta b’interpretazzjoni ta’ dwett. Dan filwaqt li huma ghaxra l-awturi li kitbu l-lirika ta’ dawn il-kanzunetti.
Interessanti jingħad li t-tema tal-kartolina li se tkun abbinata ma’ kull kanzunetta, se tkun waħda relatata mal-isport fejn il-kantanti finalisti huma ambaxxaturi tal-Kampanja Nazzjonali #sportforlife b’aċċenn fuq il-ġlieda kontra l-obeżità u l-importanza ta’ stili ta’ ħajja sana.
Il-festival se jkun ippreżentat minn Charles Saliba flimkien ma’ Marbeck Spiteri u se jixxandar dirett fuq Net Television fid-8.45pm.

