Basketball Sport

LA Lakers jirbħu l-ewwel konfront kontra Denver Nuggets

LA Lakers rebħu l-ewwel partita mill-finali tal-West Conference li qed isiru fi Florida kontra Denver Nuggests bl-iskor ta’ 126-114.

Anthony Davis skorja l-ogħla punteġġ fil-finali meta rnexxielu jagħmel 37 punt fl-ewwel finali ta’ LA Lakers sa mill-2010. It-tieni partita minn sebgħa tintlagħab nhar it-Tnejn, b’LeBron James jgħid li minkejja l-bidu ħażin mit-tim tiegħu huma rnexxielhom jirkupraw b’mod tajjeb.

Denver Nuggets bdew tajjeb u ddominaw lill-avversarji tagħhom fl-ewwel sessjoni, iżda 33 punt skorjati minn Davis fit-tieni u fit-tielet sesssjoni għenu lil LA Lakers jmorru fil-vantaġġ għat-tieni partita.