Is-sewwieq ta’ Yamaha Maverick Vinales se jibda fuq quddiem fil-Grand Prix ta’ Misano fl-Italja wara li fis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni kiseb il-Pole Position b’ħin ta’ 1:31.077.
Hu kien segwit mis-sewwieq ta’ Ducati Parmac Racing Jack Miller u minn Fabio Quartararo. Pol Espargaro ta’ KTM temm fir-raba’ post u warajh daħal it-Taljan Francesco Bagnaia. Brad Binfer daħal fis-sitt pożizzjoni segwit mit-Taljan l-ieħor Valentino Rossi li temm fis-seba’ post. Ir-rebbieħ tal-Grand Prix tal-ġimgħa li għaddiet, Franco Morbidelli se jibda mit-tmien post u warajh se jibda Davide Petrucci. Andrea Dovizioso daħal fl-għaxar post. It-tellieqa fit-trakka ta’ Misano tibda fis-2.00pm.
Kif temmew:
1 M.Vinales 1:31.077, 2 J. Miller +0.076, 3 F. Quartararo +0.145, 4 P. Espargaro +0.231, 5 F. Bagnaia +0.236, 6 B. Binder +0.312, 7 V. Rossi +0.359, 8 F. Morbidelli +0.489, 9 D. Petrucci +0.497, 10 A. Dovizioso +0.504, 11 J. Mir +0.540, 12 T. Nakagami +1.207, 13 I. Lecuona +0.638, 14 J. Zarco +0.687, 15 M. Oliveira +0.764, 16 A. Espargaro +0.835, 17 A. Marquez +1.121, 18 A. Rins +1.198, 19 B. Smith +1.409, 20 T. Rabat +1.773
//= $special ?>