Mil-lum jingħata bidu għal-istaġun 2020/21 tal-Kampjonat BOV Premier. Wara waqfa twila ta’ sitt xhur minħabba l-pandemija tal-coronavirus, mil-lum jirritorna l-futbol kompetittiv f’pajjiżna b’numru ta’ partiti interessant fi tmiem din il-ġimgħa.
Il-partiti kollha se jintlagħbu b’bibien magħluqa bil-partiti kollha jistagħu ikunu segwiti fuq is-sit tal-MFA. Minħabba li l-istadium irid jitnaddaf wara kull partita, il-partiti se jibdew ikunu fil-5.00pm u fid-9.15pm.
KAMPJONAT BOV PREMIER
L-ewwel ġurnata: Illum: Centenary Stadium: Zejtun Corinthians v Santa Lucia 5.00pm, Mosta v Gudja United 9.15, Għada: Centenary Stadium: Lija Athletic v Senglea Athletic 5.00pm, Sliema Wanderers v Hibernians 9.15pm, Stadium Nazzjonali: Tarxien Rainbows v Balzan 5.00pm, Floriana v Gżira United 9.15pm, it-Tnejn: Stadium Nazzjonali: Ħamrun Spartans v Sirens 5.00pm, Valletta v Birkirkara 9.15pm
//= $special ?>