Futbol Sport

Preżentata l-iskwadra ta’ Ħamrun Spartans

(Ritratt: Ħamrun Spartans)

Ilbieraħ waqt konferenza tal-aħbarijiet, Ħamrun Spartans preżentaw l-ambizzjonijiet u l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej.

L-imprenditur Joseph Portelli li se l-isponsor ewlieni tal-klabb qal li l-għan prinċipali se jkun li l-klabb isir wieħed professjonali kemm tattikament kif ukoll bħala amministrazzjoni. Portelli semma wkoll kif il-klabb se jkun qiegħed jirriġenera l-istadium Victor Tedesco u kien hawn fejn talab lill-awtoritajiet biex jgħinu sabiex proġetti bħal dawn ikunu jistgħu jsiru biex il-futbol lokali jkun jista’ jimxi l-quddiem.

Matul il-konferenza tkellem ukoll il-kowċ il-ġdid ta’ Ħamrun Spartans, Mark Buttigieg fejn saħaq li l-iskwadra hija waħda kompetittiva u ma eskludiex li fil-jiem li ġejjin ikunu hemm aktar akkwisti. Buttigieg irringrazzja lill-partitarji ta’ Ħamrun Spartans tal-entużjażmu li qed juru lejn it-tim. Ħamrun jiftħu l-impenji tagħhom għal dan l-istaġun nhar it-Tnejn kontra Sirens.