Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 32 każ ieħor ta’ Coronavirus f’pajjiżna. B’hekk, it-total ta’ każi mill-ewwel każ fis-7 ta’ Marzu ‘l hawn issa tela’ għal 2,935, li jinkludu 70 immigrant irregolari.
Fil-fatt, NET News jibqa’ l-uniku li qed ixandar iċ-ċifri kollha wara li l-Gvern m’għadux jirrapporta l-każi li jolqtu lill-immigranti irregolari wara insistenza tal-Prim Ministru Robert Abela.
Dan l-aġġornament, li jinkludi wkoll 30 persuna li fl-aħħar sigħat kienu ċċertifikati li fiequ mill-virus, juri kif il-każi attivi issa telgħu għal 734, bl-ammont ta’ vittmi issa hu ta’ 20.
Dan wara li lbieraħ, tliet persuni tilfu ħajjithom f’temp ta’ 24 siegħa.
//= $special ?>