Is-Sibt filgħaxija, għall-ħabta tat-8pm ħames persuni ngħataw il-kura fuq barra ta’ blokka appartamenti fl-Imsida wara li belgħu xi dħaħen. Sori ta’ Net News qalulna li b’kawża ta’ ħsara li seħħet fil-lift tal-blokka, beda ħiereġ xi duħħan b’konsegwenza li kien hemm bżonn l-għajnuna ta’ tim mediku.
Fil-fatt, minnufih fuq il-post issejjħu membri tad-Dipartiment Ċivili u l-Pulizija f’operazzjoni urġenti li nħolqot. Il-każ seħħ fi Triq San Alwiġi, biswit il-Kunsill Lokali tal-Imsida, fejn għadd ta’ vetturi tat-tifi tan-nar, ambulanza u saħansitra għadd ta’ karozzi tal-Pulizija marru fil-post.
Ir-residenti tat-tmien appartamenti ġew mitluba biex joħorġu barra minn djarhom biex jassiguraw is-sigurtà tagħhom.
Fost dawk li kellhom bżonn l-għajnuna kien hemm tifel ta’ sentejn filwaqt li l-kumplament tal-persuni kienu fil-maġġoranza tagħhom anzjani.
//= $special ?>