Lokali

BIL-FILMAT: Voluntiera ittellgħu saqqu mormi fil-baħar

U dan fost ammont kbir ta' skart ieħor li jammonta għal 949.32kg.

Filmat: Raniero Borg

Iktar minn 20 bugħaddas qattgħu ‘il fuq minn ħames sigħat f’Ta’ Xbiex fejn ġabru mad-950 kilogramma f’żibel li kien mormi fil-baħar, fosthom saħansitra saqqu kbir.

Din l-inizzjattiva saret minn voluntiera li jifformaw parti mill-NGOs ‘Żibel’ u ‘Raniero’s Adventures – Live Life’ matul il-ġurnata tal-bieraħ, li kienet ukoll il-ġurnata ddedikata għat-tindif. Miljuni ta’ voluntiera minn 180 pajjiż ingħaqdu flimkien għal din l-inizzjattiva.

Dawn kienu l-affarijiet li nsabu fil-baħar f’ġurnata waħda:

  • 428.74 kilogramma ħġieġ
  • 316.2 kilogramma tyres (32 tyre)
  • 157.8 kilogramma skart goff
  • 19.18 kilogramma batteriji
  • 14.1 kilogramma metall
  • 10.7 kilogramma skart inġenerali
  • 1.86 kilogramma plastik
  • 0.9 kilogramma tappijiet tal-fliexken

It-talba tibqa’ dejjem waħda, dik li wieħed għandu dejjem jieħu ħsieb li jarmi l-iskart tiegħu fejn sippost u mhux jarmih bl-addoċċ b’detriment għall-ibħra Maltin.