Futbol Sport

Iċ-champions Floriana jibdew jiddefendu t-titlu b’rebħa

(Ritratt: Joe Borg/ MFA)

FLORIANA………………………………………2

Gżira United……………………………………1

Floriana: A. Cassar, E. Ruiz, N. Leone, K. Keqi (R. Camenzuli 64), J. Pisani, M. Garci, A. Cini, C. Flavio Carioca, J. Busuttil, D. Agius (D. Venancio 56), M. Beye

Gżira United: J. Haber, G. Mentz, S. Borg, N. Muscat, Z. Sceri (K. Hamed 79), M. Davis, J. Usuga Mendoza, R. Correa Calixto, S. Borg, A. Jefferson, A. Samb

Iċ-champions Floriana bdew jiddefendu t-titlu b’rebħa ta’ 2-1 kontra wieħed mill-isfidanti ewlenin biex jirbħu l-Kampjonat din is-sena Gżira United.

Wara bidu tajjeb minn Gżira, kienu Floriana li fetħu l-iskor fit-13 -il minuta bi freekick mill-isbaħ tad-difensur ENZO RUIZ. Disa’ minuti biss wara Gżira ġabu d-draw permezz ta’ Amadou Samb. Floriana kisbu l-gowl tar-rebħa tliet minuti mit-tmiem permezz tal-akkwist il-ġdid tagħhom FLAVIO CARIOCA CHEVERESAN.