Lokali

Il-Malta Police Association maħsuda bid-deċiżjoni li ser issir Notte Bianca

Tikkunsidra kull azzjoni neċċessarja sabiex tħares l-interess tal-Pulizija

Ninsabu xxokkjati u fl-istess waqt imħassbin bid-deċiżjoni li n-Notte Bianca ser tkun qed tiġi organizzata xorta waħda tul il-ġimgħat li ġejjin, minkejja l-appelli u l-pandemija li qed iħabbat wiċċu magħha l-poplu Malti u Għawdxi.

Fi stqarrija ppubblikata fuq il-midja soċjali, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija Maltija saħqet li f’dan il-perjodu tant delikat fejn il-pandemija tal-Covid-19 għadha qed tifni lill-pajjiż, bil-bqija tal-Ewropa tikkanċella l-attivitajiet tal-massa sal-aħħar tas-sena bħala prekawzjoni, temmen li attività bħan-Notte Bianca mhux f’postha u f’lokha li ssir.

Filwaqt li l-MPA sosniet li mhux ser tkun qed tidħol fil-merti ekonomiċi, temmen f’attivitajiet bħal dawn hemm fin-nofs is-saħħa tal-uffiċjali tal-Pulizija li m’għandhom ebda għażla ħlief li jaqdu dmirijiethom u jissalvagwardjaw il-paċi pubblika, b’riskju wkoll għas-saħħa tal-familji tagħhom.  

L-Assoċjazzjoni fakkret li l-Pulizija huma umani wkoll, umani li d-dar iħallu familja warajhom, “uħud minnhom huma vulnerabbli u bl-ebda mod ma għandom jiġu trattati nqas minn ħaddieħor sempliċiment minħabba t-tip ta’ xogħol li wieħed jagħzel li jaħdem”.

Fid-dawl ta’ dan l-MPA saħqet li, “ser tkun qegħda tieħu kull parir u twiegħed lil-membri tagħha li ser tkun qegħda tikkunsidra kull azzjoni neċċessarja sabiex tħares l-interess tal-Pulizija u tal-familji tagħhom li qegħdin jew ser jkunu mitluba jassistu u jaħdmu f’attivijitajiet simili inkluż anke dawk l-uffiċjali ġewwa Paceville.”

https://www.facebook.com/MaltaPoliceAssociation/posts/3394734853895690?cft[0]=AZUXV14ozZIJvJdL7Lt-lzLNPl4TqSI63FgGYFTVKjcaNn1ixbsBeSxVo941lwzkbxF9KjpvNc4f7u7lRNdpr8wphSuqrWqgrENtwnypUn0sGyTMcUmAj2ut0sWaMvNba_dr42Ff2FrE4ln3bKvfwlWqSlSNpyJhJ_xkxgi9i2fGXZ07rT7BMXwrCx-0eyq2BM2Y5URikoYBZsaIW3F-udoJ&tn=%2CO%2CP-R