Sitt fatalitajiet fl-aħħar ġimgħa f’pajjiżna, kawża tal-Coronavirus, hekk kif illum kienet irreġistrata l-mewta ta’ anzjan ieħor.
Fi stqarrija, il-Ministeru tas-Saħħa spjega li l-anzjan, ta’ 86 sena, kien wieħed minn dawk li rriżultaw pożittivi f’residenzi tal-anzjani.
Hu kien ikkonfermat pożittiv it-Tnejn li għadda u miet il-Ħadd filgħodu. Skont il-Ministeru, l-anzjan kellu kundizzjonijiet ulterjuri ta’ saħħa.
//= $special ?>