Futbol Sport

Juventus jibdew b’rebħa taħt it-tmexxija ta’ Andrea Pirlo

(Ritratt: EPA)

Juventus bdew l-istaġun tas-Serie A b’rebħa komda ta’ 3-0 fuq Sampdoria. Din kienet l-ewwel partita ta’ Juventus taħt it-tmexxija ta’ Pirlo u l-ewwel waħda wkoll għal Pirlo bħala kowċ.

Juventus fetħu l-iskor wara 13-il minuta permezz tal-akkwist il-ġdid DEJAN KULUSEVSKI. Huma kellhom jistennew sat-78 minuta biex aċċertaw mir-rebħa meta LEONARDO BONUCCI għamilhom 2-0. CRISTIANO RONALDO għamilhom 3-0 fit-88 minuta.