Lokali

Kunsill Laburista akkużat b’partiġġjaniżmu

Il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fis-Siggiewi Alessia Psaila Zammit, Julian Borg u Francine Farrugia, bagħtu mozzjoni lill-Kunsill Lokali sabiex tiġi ppublikata skeda ħalli r-residenti Siġġiwin jiltaqgħu mal-kunsilliera lokali tagħhom. 

Ftit ġimgħat ilu, is-Sindku Laburista Dominic Grech ppublika skeda fuq Facebook li kienet tinkludi l-kunsilliera tal-Partit Laburista biss. Hu għamel dan il-pass partiġġjan fejn uża riżorsi tal-Kunsill Lokali għas-servizz tal-kunsilliera Laburista biss, ftit jiem mill-ħatra tiegħu bhala Sindku.

Il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista kienu stqarrew li saru jafu li tfasslet skeda biex l-kunsilliera Laburisti jiltaqghu mar-residenti fil-binja tal-Kunsill Lokali u bl-uzu ta’ rizorsi tal-Kunsill Lokali, minn fuq s-social media. Dan wara li s-Sindku Laburista Dominic Grech ppublika l-iskeda li ħalliet ghal kollox barra lill-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-aħħar seduta tal-Kunsill Lokali, il-Kunsilliera tal-PN talbu lis-Sindku Laburista jirranga l-iskeda u jippublika wahda li tkun tinkludi lill-kunsilliera kollha.

Huma sahansitra baghtu wkoll l-ġranet u ħinijiet meta huma disposti jiltaqgħu mar-residenti iżda is-Sindku baqa’ ma ppublikax din l-iskeda bil-kunsilliera kollha.

Kien halhekk li issa l-kunsilliera tal-PN, Alessia Psaila Zammit, Julian Borg u Francine Farrugia baghtu mozzjoni biex tigi ppublikata skeda bil-kunsilliera kollha sabiex tigi diskussa fis-seduta li jmiss tal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi.

F’kumment lil dan l-istazzjon, il-minority leader fil-Kunsill Lokali tas-Siggiewi, Alessia Psaila Zammit qalet li l-agir tas-Sindku Laburista Dominic Grech huwa wiehed li jservi nteressi partiggjani u juri bic-car kif l-Partit Laburista dahaq bin-nies. Hi qalet li dan l-agir juri kif l-Partit Laburista ried t-tmexxija tal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi mhux għax ghandu ghal qalbu l-lokalità imma biex jaghmel mill-Kunsill Lokali ballun politiku u biex iservi lilu nnifsu.

Alessia Psaila Zammit qalet li tistenna li l-kunsilliera Laburisti ma jivvutawx biex ihallu barra lill-kunsilliera tal-PN mill-iskeda ta’ laqghat mar-residenti u li tigi ppublikata skeda bil-kunsilliera kollha minnufih.