L-Iran sejjaħ biex ‘il-kumplament tad-dinja’ jingħaqad kontra l-Istati Uniti, wara li Washington iddikjara – b’mod unilaterali – li s-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fil-konfront tal-Istat Iżlamiku huma mill-ġdid effettivi ‘bis-saħħa’.
Kelliema għall-Gvern Iranjan qalu li qed jistennew li l-komunità internazzjonali u l-pajjiżi kollha tad-dinja jqumu u jtennu d-diżapprovazzjoni tagħhom b’leħen wieħed ‘għall-azzjonijiet li qed jittieħdu bl-għaġġla mill-Gvern Amerikan’.
L-Istati Uniti qalet li għandha timponi ‘il-konsegwenzi’ għal kwalunkwe pajjiż li ma jirrispettax il-ħtieġa tas-sanzjonijiet kontra l-Iran. Intant, il-Gvern Iranjan qed jinsisti li ‘is-sanzjonijiet jeżistu biss fl-immaġinazzjoni tas-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo’. L-Iran, fl-istess ħin, sostna li l-Istati Uniti tinsab ‘fuq in-naħa ħażina tal-istorja’ f’din il-kwistjoni.
Skont Mike Pompeo. Is-sanzjonijiet tan-NU għall-Iran ‘irritornaw bil-forza minn issa’ – bil-pass ikun relatat mal-mekkaniżmu kontroversjali li, skont l-Amerikani, jippermetti li kwalunkwe mill-Istati firmatarji għall-ftehim nukleari tal-2015 mal-Iran jerġa’ jimponi s-sanzjonijiet f’każ li r-reġim f’Tehran ikun qed jabbuża mill-obbligi.
//= $special ?>