Delegazzjoni mill-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, immexija mill-President Paul Pace, iltaqgħet mal-Papa Franġisku f’waħda mill-Udjenzi Ġenerali li għamel aktar kmieni dan ix-xahar fil-Pjazza tal-Vatikan.
Fil-laqgħa, Uffiċjali tal-MUMN ippreżentawlu uniformi tal-infermieri, iffirmata minn għadd ta’ infermieri li fl-aħħar xhur ħadmu qatigħ kontra l-pandemija tal-Coronavirus.
Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Knisja Kattolika ppreżenta lill-President tal-Union kallotra bajda milbusa minnu stess.
F’intervista ma’ Rome Reports, Paul Pace saħaq li din l-uniformi ġiet ippreżentata bħala sinjal ta’ aprezzament għas-sostenn kontinwu li l-Papa dejjem ta lill-professjonisti fil-qasam tas-Saħħa, li f’dan iż-żmien partikolari qed iħabbtu wiċċhom ma’ pressjoni kbira.
Din is-sena l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tiddedikaha lill-infermieri u l-qwiebel … u għalhekk ċertament li għamlet din il-laqgħa sinifikanti aktar minn qatt qabel.
//= $special ?>