Futbol Sport

Napoli b’rebħa komda kontra Parma

(Ritratt: EPA)

Napoli kisbu rebħa ta’ 2-0 fi Stadio Ennio Tardini kontra Parma biex kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun. Il-gowls ta’ Napoli waslu fit-tieni taqsima permezz ta’ DRIES MERTENS U LORENZO INSIGNE.

Genoa wkoll bdew l-istaġun b’rebħa komda meta għelbu lit-tim neo-promoss Crotone 4-1. L-ewwel żewġ gowls ta’ Genoa waslu fis-6 u fid-9 minuta permezz ta’ MATTIA DESTRO u GORAN PANDEV. Crotone naqqsu d-distakk fit-28 minuta b’gowl ta’ EMMANUEL RIVIERE. Fl-34 minuta DAVIDE ZAPPACOSTA għamilhom 3-1 biex fil-75 minuta MARKO PJACA aċċerta mir-rebħa.

Sassuolo u Cagliari temmew fi draw ta’ 1-1, biż-żewġ gowls jaslu tard fil-partita. GIOVANNI SIMEONE tefa’ lil Cagliari fil-vantaġġ fis-77 minuta, b’MEHDI BOURABIA jġib id-draw fis-87 minuta għal Sassuolo.