NEPTUNES………………………….. 11
SLIEMA FRANK SALT………… 7
(3-1), (1-2), (4-2), (3-2)
B’wirja oħra mill-aqwa, iċ-champions Neptunes reġgħu għelbu lil Sliema Frank Salt din id-darba 11-7 biex se jikkontestaw il-finali b’ċans li jirbħu t-tielet kampjonat konsekuttiv.
Dan ir-riżultat itemm it-tama ta’ Sliema li jirkupraw biex jibqgħu b’ċans li jilagħbu l-finali u jippruvaw jirbħu l-ewwel kampjonat mill-2009. Is-Slimiżi ddiżappuntaw hekk kif ma kinux preċiżi fil-konklużjonijiet, bit-tattika ta’ Neptunes tħallihom imorru għax-xutt, tattika li ħadmet.
Għal Neptunes minbarra s-solitu Stevie Camilleri, reġa’ spikka ż-żagħżugħ Jake Muscat, awtur ta’ erba’ gowls wieħed minnhom li jista’ jiġi meqjus bħala wieħed mill-isbaħ f’dan is-sajf.
Neptunes qatt ma kienu minn taħt fil-konfront wara li kisbu vantaġġ doppju. Sliema rnexxielhom jirkupraw biex għamlu l-iskor 3-3 fit-tieni sessjoni, iżda eżatt f’nofs is-sessjoni, Nikolai Zammit reġa’ poġġa lil Neptunes fil-vantaġġ.
Jordan Camilleri u Jake Muscat kabbru d-distakk għal 6-3 fl-ewwel mumenti tat-tielet sessjoni, distakk li Sliema ma rkupraw minnu qatt. Dan hekk kif fiż-żewġ okkażjonijiet li skorjaw, Neptunes wieġbu mill-ewwel u żammew it-tliet gowls vantaġġ.
It-tim ta’ Jovan Popovic ikkontrolla tajjeb fl-aħħar sessjoni u kabbar il-vantaġġ għal 11-5, b’Sliema jitilfu lil Michael Spiteri Staines u Zach Mizzi. Nicholas Bugelli skorja doppjetta lejn it-tmiem.
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (4), L. Calleja, G. Pace (1), S. Busuttil, J. Spiteri Staines, S. Camilleri (3), J. Camilleri (1), J. Abela, N. Zammit (2), S. Stellini, S. Gialanze, B. Busuttil, M. Castillo, M. Farrugia
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (1), L. Galea, J. Sciberras, M. Meli, B. Cachia, M. Spiteri Staines, J. Soler, J. Brownrigg (2), Z. Mizzi (1), N. Bugelli (3), Z. Sciberras
Referees: Peter Balzan, Stefan Licari
SIRENS MECCA MARIN………. 7
SAN ĠILJAN TUM INVEST…. 15
(2-5), (1-3), (1-4), (2-3)
Wara r-rebħa ta’ 15-5 jumejn ilu, kien mistenni li San Ġiljan TUM Invest jaċċertaw posthom fil-finali. Prestazzjoni oħra mill-aqwa għat-tim ta’ Dorian Pisani li kkontrolla l-logħba mingħajr diffikultà bi plejers bħal Matthew Zammit u Dino Zammit jispikkaw.
Matthew Zammit fetaħ l-iskor iżda wara li Ken Erdogan ġab id-draw, Andreas Galea, Ben Plumpton u Dino Zammit taw vantaġġ komdu ta’ 4-1. Matthias Azzopardi naqqas id-distakk iżda Dino Zammit għamel l-iskor 5-2 f’sessjoni li fiha l-kowċ Dorian Pisani żamm l-istess plejers.
San Ġiljan komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni b’gowls ta’ Andreas Galea, Dino Zammit, Paul Fava, bl-unika risposta ta’ Sirens tasal minn Matthew Sciberras.
Iż-żewġ sessjonijiet ta’ wara naqqsu ftit mir-ritmu, b’San Ġiljan jibqgħu jikkmandaw il-logħba. Matthew Zammit skorja doppjetta, wieħed minnhom b’ġest tekniku mill-isbaħ.
Fl-aħħar sessjoni, Pisani ta spazju lill-plejers żgħażagħ fit-tim li lagħbu anqas tul il-konfront, b’Sirens jibqgħu jagħtu l-aħjar tagħhom fi staġun li xorta jqisuh pożittiv.
Sirens: J. Parnis, J. Ciantar, K. Erdogan (1), G. Melillo, J. Zerafa Gregory, T. Said, L. Falzon, I. Riolo (1), J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras (3), M. Azzopardi (1), G. Galea Curmi, G. Farrugia, G. Sammut
San Ġiljan: J. Tanti, K. Tanti, A. Galea (3), D. Ciantar, M. Mannino (1), M. Zammit (4), B. Plumpton (1), J. Bonavia, Z. Micallef, Da. Zammit, P. Fava (1), Di. Zammit (5), G. Vassallo, M. Ortoleva
Referees: Ronnie Spiteri, Alex De Raffaele
//= $special ?>