Lokali

“Niksbu r-rispett tal-poplu… u nirbħu” – Bernard Grech

Jekk ningħaqdu niksbu r-rispett tal-poplu u nirbħu, u jekk it-tesserati jtuni l-fiducja taghom biex inkun Kap tal-Partit Nazzjonalista hu b’dak il-għan f’moħħi li ser inkun qed immexxi lil dan il-Partit.

Hekk sahaq il-kandidat ghall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, waqt wahda mid-diskussjonijiet minn serje ta’ tlieta li gew organizzati fuq il-Fosos tal-Floriana fl-okkazjoni tal-festi tal-indipendenza ta’ din is-sena bhala parti mill-kampanja tieghu ghall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit, bit-temi ‘iz-zghazagh fuq quddiem nett’, ‘il-mara fil-politika u fis-socjeta’ u ‘ekonomija li tahdem ghan-nies.’

Bernard Grech qal li jekk ikun elett Kap, sabiex il-Partit ikun relevanti, jehtieg li l-Partit Nazzjonalista isir Partit maghqud u mħarreġ li jittrasmetti esperjenza pożittiva ta’ politika li tigi diskussa kemm fi hdan l-organi tal-Partit izda wkoll barra l-bini tieghu.

L-Avukat Bernard Grech sahaq li rridu ninghaqdu bhala pajjiz sabiex flimkien infasslu mudell ekonomiku gdid ghal pajjizna li jitkellem fuq l-inklussivita’ u li jgholli lin-nies mir-riskju tal-faqar sabiex nizguraw li ma jinzlux ‘l isfel qatt iktar.