Is-Sibt waranofsinhar, Adrian Delia stieden lill-ġurnalisti mill-kmamar tal-aħbarijiet kollha sabiex jistaqsu mistoqsijiet b’rabta mar-rapport tad-due diligence li ġie ppublikat aktar kmieni din il-ġimgħa.
Adrian Delia stqarr li hu dejjem wera d-dokumenti kollha u l-fatti lil kulħadd. Huwa qal li l-Prim Ministru Robert Abela għandu jimxi fuq l-eżempju tiegħu u jagħmel attività simili bħal din sabiex juri kuntratti bħal tal-vitals sabiex il-ġurnalisti jkunu jistgħu jagħmlu il-mistoqsijiet tagħhom.
Mistoqsi jekk din l-elezzjoni għandhiex tkun ibbażata biss fuq-rapport tad-due diligence, il-Kap tal-Oppożizzjoni stqarr li t-tama tiegħu kienet li wara li jsir dan il-proċess… jiġu indirizzata problemi soċjali bħall-faqar sabiex titjieb il-ħajja ta’ dawk kollha li qed ibatu.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li jixtieq li l-politika tibda ssir b’tali mod fejn kulħadd ikun jista’ jistaqsi b’mod apert sabiex finalment in-nies jiddeċiedu biss fuq il-verità.