Rapporti qed jindikaw li minn analiżi li saret dwar il-kapaċità preżenti fil-manifattura, sal-2021 mhux se jkunu jistgħu jiġu mmanifaturati aktar minn żewġ biljun doża tal-vaċċin. Dan ifisser li anke jekk regolaturi tas-saħħa jagħtu l-approvazzjoni tagħhom għal xi vaċċin li jkun ġie żviluppat, dan se jilħaq biss 1 minn kull 10 persuni fid-dinja.
Bħalissa 7 minn 9 vaċċini li qegħdin fi stadju avvanzat fit-testijiet jeħtieġu żewġ dożi kull wieħed biex ikunu effettivi bħala protezzjoni kontra l-Covid-19.
Sforzi biex din il-manifattura tkun irduppjata jkun ifisser li sal-2022 inqas minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja jkollha ċ-ċans li tieħu l-vaċċin.
Esperti qed iwissu li dan jista’ jfisser li r-restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar u ż-żamma tad-distanzi soċjali jaf ikollhom jibqgħu fis-seħħ għal diversi snin, sakemm ma jkunx hemm żviluppi kbar fit-teknoloġija tal-vaċċini.
Madankollu huma qed isostnu li l-produzzjoni ta’ ammonti kbar tal-vaċċin hija biss diffikultà waħda minn ħafna li għad irridu negħelbu fix-xhur li ġejjin.
//= $special ?>