Il-kantanta Għawdxija Ruth Portelli hi r-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2020 bil-kanzunetta ‘Kuruni’.

Din il-kanzunetta hi miktuba minn Paul Ellul b’kompożizzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas.

Fit-tieni post ġiet il-kanzunetta ‘Fjuri’ ta’ Mardy Farrugia miktuba minn Rita Pace li kkomponiet ukoll l-istess kanzunetta filwaqt li fit-tielet post kien hemm il-kanzunetta ‘Darba f’Mitt Qamar’ ta’ Graziella Vella miktuba minn ‘Kaya’ Priscilla Psaila b’kompożizzjoni ta’ Rita Pace.
Minn naħa l-oħra, il-Premju tat-Televoting intrebaħ minn Krista Spiteri Lucas bil-kanzunetta ‘Jgħidulek’ bi kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Kaya’ Priscilla Psaila.

Il-presentazzjonijiet lir-rebbieħa saru fil-preżenza taċ-Chairman tal-kumitat organizattiv tal-KKI, Robert Cutajar.

Bi preżentazzjoni ta’ Charles Saliba u Marbeck Spiteri, matul is-serata li xxandret live fuq NET Television ħadu sehem 20 kanzunetti flimkien ma’ bosta talenti oħra mix-xena lokali.
