Mara ġiet milquta minn karozza waqt li kienet qed tiekol fuq barra ta’ ħanut tal-ġelati f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.15pm f’Tower Road fejn minnufih ġiet imsejħa ambulanza b’tim mediku biex tassisti lill-persuna. Iktar tard hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.
Il-karozza kienet sejra fid-direzzjoni ta’ Paceville.



