Futbol Sport

Żball ta’ Kepa u t-tkeċċija ta’ Christensen jiswew tliet punti lil Chelsea

(Ritratt: EPA)

Chelsea sofrew telfa ta’ 2-0 f’darhom kontra ċ-champions Liverpool. Chelsea daħlu jistrieħu bi plejer anqas wara li fil-45 minuta Christensen ntwera’ l-karta l-ħamra għall-fawl fuq Sadio Mane. Liverpool fetħu l-iskor fil-50 minuta b’daqqa’ ta’ ras ta’ SADIO MANE. Huma rduppjaw ftit wara meta Kepa naqas milli jtajjar il-ballun li minnu approfitta Mane li għamilhom 2-0. Lejn it-tmiem Alisson salva l-penaly ta’ Jorginho.

Tottenham kisbu rebħa mpressjonanti ta’ 5-2 kontra Southampton fis-St. Mary’s. L-eroj ta’ Tottenham kien HEUNG-MIN SON li skorja erba’ gowls bil-gowl l-ieħor ikun skorjat minn HARRY KANE. Iż-żewġ gowls ta’ Southampton kienu skorjati minn DANNY INGS.

Brighton għelbu lil Newcastle 3-0 fis-St. James Park. NEAL MAUPAY skorja darbtejn għas-Seagulls bil-gowl l-ieħor ikun skorja minn AARON CONNOLLY.