Mosta…………………………………………..2
Gudja United……………………………….2
Mosta: Y. Bitseki Moto, D. Debono, C. Evo Ememe, N. Reis Cardoso (Z. Brincat 54)(L. Vella 59), C. Failla, G. Sciberras, W. Fabrice Hounkpe (D.Bonnici 54), T. Farrugia, R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri (M. Attard 85)
Gudja: G. Zammit, Y. Messias, A. Friggieri, L. Cremona, G. Mensah (T. Gusman 86), I. Gonzalez, H. Vella, G. Adamovic, J. Bolanos, J.Grioli (J. Brincat 82), P. Mota.
Fit-tieni partita fis-Centenary Stadium, Gudja United u Mosta temmew ukoll fi draw ta’ 2-2. Mosta fejn kellhom numru ta’ plejers li qed jiddebuttaw, marru fil-vantaġġ wara 20 minuta meta x-xutt ta’ KEVIN TULIMIERI minn barra l-kaxxa għeleb lil Zammit.
Fl-47 minuta, Gudja ngħataw penalty wara li Yuri de Jesus Messais deher jitwaqqa fil-kaxxa minn Morisco, bl-istess MESSAIS minn ħdax -il metru ma jiżbaljax. Mosta reġgħu marru fil-vantaġġ fl-64 minuta meta minn corner ta’ Clayton Failla, RAFAEL MORISCO kkonkluda wara Zammit bir-ras.
Erba’ minuta biss wara, Gudja ngħataw t-tieni penalty tal-partita meta Mensah deher li kien iffawljat minn Failla, b’ YURI DE JESUS MESSAIS għat-tieni darba ma jiżbaljax biex għamilhom 2-2.
//= $special ?>