Coronavirus Lokali Saħħa

Anzjan ieħor imut bil-Coronavirus; it-22 vittma f’pajjiżna

Anzjan ta’ 98 sena huwa t-22 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Net News jista’ jikkonferma li l-anzjan miet fl-isptar Mater Dei matul il-lejl li għadda. Hu kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Settembru meta ddaħħal Mater Dei, minn residenza tal-anzjani.

Dan ifisser li fl-aħħar tmint ijiem kellna 7 imwiet f’pajjiżna kaġun tal-pandemija, u fl-aħħar erbat ijiem kull ġurnata kienet immarkata b’imwiet. Dan il-fatt juri kemm qed tkun b’saħħitha din it-tieni mewġa tal-pandemija fuq pajjiżna.

Għalkemm qed ikun hemm numru konsiderevoli ta’ persuni li jfiqu, xorta t-total tal-każi attivi qed jibqa’ jitla’ minħabba li r-rata ta’ trażmissjoni għadha għolja.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.