Lokali

Arrestat f’Tas-Sliema wara li deher suspettuż

Raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa ġie arrestat minn pulizija mit-taqsima tal-RIU fiż-żona Qui Si-Sana f’Tas-Sliema wara li deher qed isuq vettura b’mod suspettuż.

Jidher li r-raġel instab li kien qed isuq b’xi rregolaritajiet.

Huwa kien aggressiv mal-Pulizija u beda jirreżisti l-arrest tant li xi pulizija sofrew xi ġrieħi.

Aktar dettalji kif jaslulna…