Sport Sport Ieħor

Ashleigh Barty tirbaħ iċ-Championship tal-Golf

(Ritratt: EPA)

Ashleigh Barty li hija n-numru wieħed tad-dinja fit-tennis fil-kategorija tan-nisa rebħet ukoll it-titlu taċ-Championship tal-Golf. Hi hija plejer versatili ħafna, fejn anke kienet lagħbet cricket mal-Brisbane Heat.

Barty mhux se tieħu sehem fl-Open tat-tennis fi Franza, minkejja li rebħet it-titlu hi s-sena l-oħra. Din id-deċiżjoni seħħet minħabba li tinsab ikkonċernata dwar il-pandemija tal-coronavirus fil-pajjiż Franċiż.

Mill-kompetizzjoni l-oħra tal-Golf, l-Amerikan Bryson DeChambeau rebaħ it-titlu tal-Open tal-Istati Uniti, li fisser l-ewwel titlu fil-karriera tiegħu. Hu rebaħ kontra Matthew Wolff b’vantaġġ ta’ sitta. Fit-tielet u fir-raba post ġew Louis Oosthuizen u Harris English rispettivament.