Bħall ma ġara fis-snin riċenti, ilbieraħ kienet organizzata l-kompetizzjoni tal-isparar li saret sinonima ma’ Jum l-Indipendenza. Dan l-avveniment annwali li kien organizzat minn Tim Sport Partit Nazzjonalista (TSPN) flimkien mal-Federazzjoni tal-Isparar Maltija (MSSF) sar fil-Malta National Shooting Range f’Ta’ Kandja.
Ħadu sehem 15-il tiratur f’ħames kompetizzjonijiet differenti li nkludew Trap u Dritta. James Galea Rebaħ il-midalja tad-deheb fit-trap. Il-kompetizzjonijiet tat-Trap Klassi A, B u C intrebħu minn Galea, Christian Schembri u Jacob Attard rispettivament. It-tiratur Samuel Grech spiċċa r-rebbieħ overall fid-dritta.
Il-preżentazzjoni tal-midalji saret mis-Segretarja Ġenerali ta’ TSPN Paula Briffa flimkien mal-President tal-MSSF Pierre Montebello.Fl-aħħar jiem, din il-federazzjoni ingħaqdet ma’ diversi assocjazzjonijiet tal-isport lokali fil-kampanja #sportforlife let’s beat obesity together. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-żgħażagħ, sport u ġlied kontra l-obeżita, Robert Cutajar nieda din il-kampanja nazzjonali f’isem l-Partit Nazzjonalista bis-sehem ta’ TSPN.
Apparti numru kbir ta atleti u sportivi Maltin, f’din il-kampanja, mill-MSSF ingħaqdu t-tiraturi William Chetcuti u Gianluca Chetcuti kif ukoll Elenor Bezzina.
Riżultati u rebbieħa fil-kompetizzjoni ta’ Jum l-Indipendenza:Trap Event: GALEA James Jr. – Gold Medal, SCIBERRAS Nico – Silver Medal, XUEREB Johan – Bronze Medal Trap Class A: 1. GALEA James Jr., 2. SCIBERRAS Nico, 3. MARMARA John Trap Class B: 1. SCHEMBRI Christian, 2. GRECH Michael, 3. MAGRI Jason Trap Class C: 1. ATTARD Jacob, 2.XUEREB Johan, 3. BALDACCHINO Hubert Dritta Event – Overall Winners:1. GRECH Samuel, 2. SCICLUNA Albert, 3. CASSAR Joe, 4. BUGEJA Michael, 5. CAUCHI Charles, 6.COLEIRO Clifton
//= $special ?>