Futbol Sport

Bidu pożittiv għal Milan b’doppjetta ta’ Ibrahimovic

(Ritratt: EPA)

Milan kellhom bidu pożittiv għall-istaġun Taljan wara li għelbu lil Bologna 2-0 f’San Siro.

Zlatan IBRAHIMOVIC poġġa lil Milan fil-vantaġġ meta cross ta’ Theo Hernandez sab lill-attakant Svediż li b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lill-gowlkiper ta’ Bologna.

IBRAHIMOVIC irdoppja hekk kif wara li ngħata penalty ikkonfermat mill-VAR, il-plejer ma falliex mill-ħdax-il metru.

Fl-aħħar minuti tal-logħba, tintwera t-tieni karta safra lil Mitchell DIJKS ta’ Bologna wara fowl fuq Alexis Saelemaekers.

Din il-partita mmarkat ukoll id-debutt pożittiv tal-akkwisti l-ġodda ta’ Milan fis-Serie A Ibrahim Diaz u Sandro Tonali, wara li daħlu bħala sostituti.