COVID-19: Konfermata t-23 vittma f’pajjiżna

Anzjan ta’ 83 sena huwa it-23 vittma tal-COVID-19 f’pajjiżna. L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19, dakinhar li ddaħħal l-isptar Mater Dei fis-16 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum. Din hija it-tieni fatalità li kellna matul il-jum tat-Tnejn.