Futbol Sport

Crystal Palace jridu lill-attakkant żagħżugħ ta’ Liverpool Rhian Brewster

Crystal Palace offrew €20 miljun lil Liverpool għaż-żagħżugħ Rhian Brewster, inkluż €7 miljun oħra fuq add-ons. Fil-ftehim hemm ukoll l-għażla li t-tim Ingliż jistgħu jerġaw jixtru l-plejer lura għas-somma ta’ €40 miljun.

Liverpool jeħtieġu jbiegħu xi plejer, hekk kif iridu jirkupraw il-flus li ntefqu fuq Thiago Alcantara u Diego Jota b’total ta’ €76 miljun.

Brewster skorja 10 gowls f’20 partita fl-istaġun li għadda meta kien fuq self ma’ Swansea fiċ-Championship Ingliż.

Il-futur tal-plejer ta’ Tottenham Dele Alli jinsab f’dubju, hekk kif Paris Saint-Germain jinsabu nteressati li jakkwistaw lil midfielder. Dan wara li Alli tħalla barra mill-iskwadra għal żewġ partiti konsekuttivi, dawk kontra Lokomotiv Plovdiv fl-Europa League u kontra Southampton fl-istaġun Ingliż. Minkejja dan, jidher li Tottenham lesti li jħalluh jitlaq iżda fuq self u mhux fuq trasferiment permanenti.

Mid-dinja tat-trasferimenti, Wolves offrew €32 miljun għal Nelson Semedo ta’ Barcelona filwaqt li l-istess Barcelona jridu lil Hector Bellerin ta’ Arsenal.