Internazzjonali

Fl-Italja 68% jivvutaw ‘Iva’ fir-referendum

Fl-Italja illum saret votazzjoni f’referendum dwar emendi fil-Kostituzzjoni Taljana biex jitnaqqas in-numru ta’ Membri Parlamentari minn 630 għal 400 fil-Kamra tad-Deputati u minn 315 għal 200 fis-Senat.

68% tal-votanti vvutaw favur din l-emenda fil-kostituzzjoni u b’hekk in-numri fil-Parlament u fis-Senat se jkunu qed jinbiddlu.

Dan ir-referendum inizjalment kien skedat li jsir fid-29 ta’ Marzu iżda kellu jiġi pospost minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-maġġoranza tal-partiti politiċi fl-Italja ħarġu favur vot iva. Il-Movimento 5-Stelle, l-ikbar partit li jappoġġja l-Gvern ta’ Giuseppe Conte, kien l-iktar wiehed li imbotta biex issir din ir-riforma.

Bejn ilbieraħ u llum qed isiru wkoll l-elezzjonijiet f’seba’ reġjuni…u elezzjonijiet f’diversi Kunsilli Lokali.