Lokali Qorti

Friżati l-assi ta’ Keith Schembri, Brian Tonna, Karl Cini, u l-kumpaniji Kasco u Nexia BT

Projbizzjoni fuq trasferiment ta' proprjetà

Il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi tal-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri. Dan wara li l-Pulizija skattat investigazzjoni fuq allegazzjonijiet serji ta’ ħasil ta’ flus.

Se jiġu friżati wkoll l-assi tal-mara tiegħu, tal-ġenituri u l-qraba tiegħu.

L-ordni tal-Qorti hija fil-konfront ukoll ta’ Brian Tonna u Karl Cini, diretturi tal-kumpanija Nexia BT. Affetwata wkoll il-kumpanija Kasco tal-istess Keith Schembri, li għandha l-assi kollha friżati.

L-ordni hija indirizzata lil lista twila ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jiffriżaw il-kontijiet ta’ Keith Schembri sakemm isiru l-investigazzjonijiet.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.