ĦAMRUN S………..5
SIRENS…………….. 1
Ħamrun S: J. Debono, D. Gojkovic, J. Mbong, J. Soares (K. Higgans 86’), I. Adeshina, E.Valero, J. Corbalan (I. Iriberri 61’), P. Djordevic, K. Micallef, M. Barbosa (D. Borg 75’), E. Marcelina (X. Portelli 86’)
Sirens: D. Cassar, W. Oliveira (L. Memezes 46’), R. Dos Anjos (L. Grech 86’), M. Maxuell, W. Domoraud, J. Walker, A. Borg, R. Scicluna, T. Agius (J. Pearson 46’), M. Bustos (M. Mifsud 65’), T. Espindola
Imwissija: E. Valero 67’,J. Pearson 66’, R. Scicluna 69’ (S)
Tkeċċa: R. Scicluna 72’
Skorjaw: P. Djordjevic 8’, M. Barbosa 11’, I. Adeshina 25’, Mbong 41’, J. Soares 52’ (Ħ), W. Domoraud 28’ (S)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Luke Portelli, James Muscat
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jorge Soares (Ħamrun Spartans)
BOV Plejer tal-logħba: Jorge Soares (Ħamrun Spartans)
Bidu mill-aqwa għal dik li qed tissejjaħ l-erà ġdida ta’ Ħamrun Spartans meta fl-Istadium Nazzjonali huma għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 5-1. Kienet logħba li Ħamrun iddominaw mill-ewwel u wara biss 11-il minuta kienu diġa qed igawdu vantaġġ ta’ żewġ gowls. Minn naħa tagħhom Sirens, għalkemm fl-offensiv kienu perikolużi, deher ċar li bagħtew ħafna fid-dipartiment difensiv fejn ma’ setgħawx ikopru mal-ħeffa ta’ Soares u Mbong li għamlu ħafna ħsara.
Kif kien mistenni, wara li kienu wieħed mill-aktar timijiet attivi fis-suq tat-trasferimenti, l-ewwel ħdax ta’ Mark Buttigieg kien kważi kompletament mibdul minn dak li spiċċa bih Ciaramella fejn fost oħrajn kellna d-debutt kompetittiv tal-plejers tat-tim Nazzjonali Malti Juan Corbalan u Joseph Mbong.
Minn naħa l-oħra, uħud mill-akkwisti l-ġodda ta’ Sirens diġa kellhom l-opportunità li jiddebuttaw meta x-xahar li għadda t-tim minn San Pawl il-Baħar kellhu prestazzjoni mill-aqwa f’Sofia u kien sfortunat li sofra gowl fl-aħħar minuti biex ġie eliminat mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Europa League kontra CSKA Sofia.
Wara biss żewġ minuti logħob Ħamrun b’ċans tad-deheb meta l-ballun waqa’ f’saqajn Adeshina li minn taħt il-lasti ta’ Cassar tefa’ barra. Fit-8 minuta Ħamrun Spartans jiftħu l-iskor meta Barbosa tefa’ cross mix-xellug u bl-intenzjoni li jbiegħed il-periklu Dos Andjos ma’ laqatx il-ballun li ġie għand PREDRAG DJORDJEVIC u minn quddiem Cassar ma falliex.
Wara biss tlett minuti l-iskwadra ta’ Mark Buttigieg irduppjaw. Kienet ħarba mil-lemin ta’ Soares, b’dan tal-aħħar jitfa’ cross preċiż lejn MARCELO BARBOSA li minn naħa tiegħu ma tantx kellu wiqs x’jagħmel ħlief li jitfa’ l-ballun bir-ras fix-xibka għal 2-0.
Fl-14-il minuta Sirens jagħmlu reazzjoni meta minn azzjoni personali Maxuell Mai jidħol fil-kaxxa u minn qagħda angolata xxutja xutt b’saħħtu fil-baxx li Debono laqa’ u mgħejjun mill-wiefqa dawwar f’korner. Mill-istess corner li nkariga ruħu minnu Espindola, il-cross sab lil Wellington Oliveira li d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet salvata tajjeb minn Debono u mir-rebound Scicluna ra l-konklużżjoni tiegħu tiġi mdawra f’corner.
Fil-25 minuta l-Ispartans ikomplu jkabbru l-vantaġġ meta l-awtur tal-ewwel gowl Djordjevic tefa’ cross minn mal-bandiera tal-corner li sab lil IGE ADESHINA li għola waħdu bir-ras u tefa’ fix-xibka għal 3-0. Tlett minuti wara Sirens naqqsu d-distakk meta kien hemm taħwida fil-kaxxa bil-ballun jaqa’ quddiem l-eks WILFRIED DOMORAUD li bil-ballun fl-arja kkonkluda b’saħħtu fix-xibka. Bil-pussess tal-ballun ikun għall-ħinijiet twal f’saqajn il-Ħamruniżi, fil-41 minuta jasal ir-raba’ gowl għalihom. Kien Juan Corbalan li qassam mal-linja lil Soares li tefa’ cross b’saħħtu fil-baxx u JOSEPH MBONG sab ruħu b’lasta vojta biex l-ewwel taqsima spiċċat 4-1 għal Ħamrun Spartans.
Fit-tieni taqsima Ħamrun komplew fejn ħallew fl-ewwel u fit-52 minuta Barbosa jqabbeż il-ballun minn fuq id-dfiża ta’ Sirens b’JORGE SOARES jaħrab tajjeb u meta sab ruħu quddiem il-goalkeeper David Cassar spara fix-xibka. Fit-63 minuta minn azzjoni rari ta’ Sirens, Ryan Scicluna tefa’ barra bir-ras minn taħt il-lasta minn cross ta’ Maxuell. Fit-72 minuta l-affarijiet komplew jikkumplikaw ruħhom għal Sirens meta Ryan Scicluna ntwera t-tieni karta safra fi tlett minuti biex it-tim ta’ Steve D’Amato lagħab għal madwar 20 minuta b’għaxar minn nies. Bl-Ispartans jibqgħu bla dubju l-aqwa tim fil-grawnd l-iskor jibqa’ ma jinbidilx sa tmiem il-logħba biex b’hekk it-tlett punti jmorru għall-iskwadra mmexxija mill-kowċ Għawdxi Mark Buttiġieġ.
//= $special ?>