Coronavirus Lokali Saħħa

“Id-Dar se ssir ċimiterju” – qraba ta’ residenti

Qed nitlob stat ta’ emerġenza f’din id-dar, li l-Gvern jintervjeni, idaħħal il-carers kif suppost għax din id-dar se ssir ċimiterju.”

Dikjarazzjoni xokkanti minn Mario Mifsud li għandu qraba tiegħu residenti fid-Dar San Ġużepp fil-Fgura. Dar li fl-aħħar jien kienet fuq fomm kulħadd wara li ammont kbir ta’ residenti li jgħixu fiha nstabu pożittivi għall-COVID.

Mario Mifsud iddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda traġika għal dawn l-anzjani. Hu qal li t-tmexxija ta’ din id-dar kienet qed taħbi l-verità mill-qraba ta’ dawn l-anzjani. Jidher li l-iswab tests qed isiru mill-carers stess, u ir-riżultati kienu qed idumu ħafna biex joħorġu u qed jinżammu mistura mill-istess qraba.

L-iswabs qed isiru mill-carers ta’ din id-dar u mhux mis-saħħa biex ir-riżultati joħorġu hemm u jiġu manipulati kif iridu huma.

F’telefonata li Mario Mifsud kellu mas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, dan qal b’mod ċar u tond li sa xahar ieħor kulħadd se jkun ħa dan il-virus.

F’din it-telefonata s-Sur Parnis qalli li sa xahar ieħor, aħna kollha se nkunu ħadniha, qalli jien inkun ħadtha, int tku ħadtha u l-ġenituri tiegħek ikunu ħaduha… jiena ħallieni bla kliem…. Taf li hawn min hu vulnerabbli?

Fid-dawl ta’ dan il-kumment li għamel Silvio Parnis, Mario Mifsud iħoss li l-Gvern qed jaħdem għall-immunità tal-massa.

Biex tagħmel herd immunity, jista’ jkollok il-casualties u dan min se jkun flok Alla u jagħżel liema huma n-nies li se jkunu bil-COVID jew jibqgħu taħtha? Se nibqa’ ngħid li dan jekk qed isir il-herd immunity huwa att kriminali. Jiena ma nafx x’tgħid il-liġi, imma f’għajnejja dan huwa att krminali.

Skont dak li qed jingħad, jidher li dawn l-anzjani pożittivi tħallew f’din id-dar mingħajr ma ntbaqgħtu l-Isptar.

Jien nħoss li dan in-nies tant mhux qed jagħtu każ. Qed iħalluhom hemm.. jidhrilkom intom li dar li hija atrezzta għall anzjani, mhux attrezzata għal nies bil-COVID. Dawn kellhom jitpoġġew fi sptar b’tobba u nurses magħhom.

It-tħassib ta’ dan ir-raġel jingħaqad mat-tħassib ta’ diversi persuni oħra li għandhom l-qraba tagħhom residenti f’din id-dar tal-anzjani u li qed jinżammu fil-għama dwar dak kollu li qed jiġri lill-għeżież tagħhom.