Formula 1 Sport

Il-Grand Prix fil-Ġermanja mistennija tilqa’ 20,000 spettatur

(Ritratt: EPA)

Il-Grand Prix fil-Ġermanja fit-trakka ta’ Nurburgring mistennija tilqa’ 20,000 spettatur. Dan kien imħabbar mill-awtoritajiet tal-pajjiż, hekk kif l-infezzjonijiet bil-coronavirus fil-Ġermanja jidher li jinsabu taħt kontroll.

L-istadju jiflaħ massimu ta’ 100,000 persuna, u se jkun aċċettat 20% ta’ kemm jiflaħ nies biex tkun tista tiġi segwita d-distanza soċjali. Il-Ġermanja rraportat 922 każ fil-ġurnata tat-Tnejn, bit-total ta’ mwiet huwa dak ta’ 9,386.

It-trakka ta’ Nurburgring kienet waħda famuża qabel it-tieni gwerra dinija, u l-aħħar li ntużat fil-Formula One kien fl-2013.

S’issa, Lewis Hamilton rebaħ sitta minn disa’ tlielaq dan l-istaġun u jinsab fil-quċċata tal-klassifika b’ vantaġġ ta’ 55 punt fuq sieħbu Valtteri Bottas. Baqa’ biss tmien tlielaq oħra għal tmiem l-istaġun.

Il-Grand Prix f’Nurburgring se ssir il-Ħadd 11 ta’ Ottubru.