Futbol Sport

Ilkay Gundogan ta’ Manchester City jinstab pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Il-plejer ta’ Manchester City Ilkay Gundogan instab pożittiv għall-coronavirus,  u jinsab fi kwarantina ta’ 10 t’ijiem. It-tim Ingliż mistenni jilgħab illejla kontra Wolves fl-impenji tal-ewwel partita tal-istaġun.

Il-Ġermaniż se jitlef minn tal-inqas tliet logħbiet, fosthom l-impenji tal-Premier League kontra Wolves u Leicester City kif ukoll il-partita ta’ nhar il-Ħamis kontra Bournemouth fil-Carabao Cup.