Ilbieraħ ittellgħat is-serata tal-Emmys, fejn fost ir-rebbieħa kien hemm Dan Levy, Mark Ruffalo, Catherine O’Hara u Annie Murphy.
Is-serata tal-Emmys ħalliet impatt mhux tas-soltu wara li l-Ħadd deheru flimkien mill-ġdid in-nisa tas-sensiela Friends, magħrufa bħala Rachel, Monica u Pheobe. Dan ir-ritorn tagħhom issejjaħ minn bosta bħala nofs ritorn, minħabba li kien hemm nieqsa Ross, Chandler u Joe.
L-Emmys ta’ din is-sena ħadu xejra differenti hekk kif minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid, in-nominati ma kinux flimkien, b’testijiet tal-Covid-19 bdew isiru kważi kull siegħa.